Ingredjenti
5 bajdiet
375g zokkor
1 kuċċarina essenza tal-vanilla
300g dqiq
2 kuċċarini baking powder
nofs kuċċarina melħ
300ml ħalib
150g butir bla melħ
Metodu
Saħħan il-forn għal 170˚Ċ/350˚F.
Ħabbat il-bajd għal 5-7 minuti f’beater tal-elettriku.
Żid iz-zokkor u erġa’ ħabbat għal 5-7 minuti. Żid l-essenza tal-vanilla.
Agħrbel id-dqiq mal-baking powder u l-melħ u żidhom mat-taħlita tal-bajd u z-zokkor. Ħabbat tajjeb.
Saħħan il-ħalib mal-butir sakemm idub il-butir. Żidhom mat-taħlita meta jkunu għadhom sħan. Ħawwad tajjeb.
Ferragħ t-taħlita f’kejk tal-forn b’karta strazza midluka tajjeb bil-butir. Aħmi għal 45-50 minuta.
Ħalli l-kejk jiksaħ tajjeb qabel toħorġu mil-landa u taqsmu.