Kejk Franċiż tat-tuffieħ

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

125g dqiq plain

1 kuċċarina baking powder

¼ ta’ kuċċarina melħ

113g butir

150g zokkor

2 bajdiet

I kuċċarina vanilla

3 mgħaref rum

2 tuffiħat, imqaxxra, imnaddfa, maqtugħa biċċiet

Icing sugar, jekk trid, għal wiċċ

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F). 

Ħallat flimkien id-dqiq, il-melħ u l-baking powder. Ħalli f’ġenb.

F’mixer ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor għal 3 minuti. Żid il-bad waħda waħda. Imbagħad il-vanilla u r-rum. Ħawwad għal 30 sekonda.

Ma’ din it-taħlita żid dik tad-dqiq u ħawwad bil-mod sakemm l-ingredjenti kollha jidħlu f’xulxin. Żid it-tuffieħ.

Aħmi għal 40 minuta. Oħroġ mill-forn u ħalliha iksaħ. Jekk trid itfa’ ftit icing sugar fil-wiċċ.

Dan il-kejk jista’ jittiekel sħun jew kiesaħ jew ma’ ġelat tal-vanilla.