Ingredjenti
70g butir bla melħ
70g dqiq
2 bajdiet kbar
90g zokkor
1 kuċċarina essenza tal-lewż
nofs kuċċarina melħ
40g lewż isslajsjat
Metodu
Saħħan il-forn għal 177˚Ċ/350˚F. Idlek bil-butir landa ta’ kejk ta’ 20ċm u roxx ftit dqiq fiha.
Ħallat tajjeb flimkien il-bajd, iz-zokkor, l-essenza tal-lewż u l-melħ sakemm ikollok taħlita bajdanija, madwar 30 sekonda.
Żid il-butir u d-dqiq u ħallat tajjeb.
Ferragħ din it-taħlita fil-landa tal-kejk u żejjen il-wiċċ bil-lewż slajsjat.
Sajjar sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ niexfa, madwar 20-25 minuta.
Ħalli jiksaħ għal 10 minuta u mbagħad oħorġu mil-landa.