Kejk bil-konfettura u l-lewż

Kejk konfettura

Ingredjenti

225g butir

225g zokkor

kwart ta’ kikkra ilma

3 bajdiet mifrudin

225g dqiq self-raising

2 kuċċarini mixed spice

45g konfettura mqattgħa

100g ċirasa mqattgħa

80g ġewż imqatta’

2 mgħaref frak tal-ħobż xott

Metodu

Idlek forma tal-kejk ta’ 20 ċentimetru bil-butir imbagħad iksi bil-frak tal-ħobż.

Poġġi l-butir, iz-zokkor u l-ilma f’kazzola. Saħħan it-taħlita mbagħad ħalliha tagħli għal 4 minuti. Ħalli t-taħlita tibred sew.

Poġġi l-abjad tal-bajd fi skutella u ħabbathom sakemm isiru xkuma.

Agħrbel id-dqiq u mixed spice fi skutella oħra.

Żid il-konfettura, iċ-ċirasa, il-ġewż u l-lewż. Żid l-isfra tal-bajd u ħawwad flimkien.

Żid it-taħlita tal-butir u ħawwad sew flimkien.  Żid l-ixkuma tal-bajd u ħallat bil-mod minn taħt għal fuq.

Ferragħ t-taħlita fil-forma, ferrex ftit lewż imqatta’ fil-wiċċ u aħmi ġo forn moderat għal 60 minuta.  Oħroġ mill-forn u ħalli jibred.