Ingredjenti
250g butir
250g zokkor
4 bajdiet imħabbtin
200g ġellewż inkaljat
320g dqiq self-raising
qoxra maħkuka ta’ larinġa
Metodu
Għaddi l-ġellewż inkaljat mill-food processor sakemm isirbħal trab
Idlek landa tal-kejk ta’ 20 ċentimetru bil-butir u għaddi bi ftit dqiq plain.
Ħabbat sew il-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita bajdanija.
Żid il-bajd waħda waħda bil-mod waqt li tħabbat sew. Żid il-ġellewż u ħawwad b’imgħarfa.
Żid id-dqiq u ħawwad minn taħt għal fuq bl-imgħarfa.
Ferragħ din it-taħlita fil-landa u aħmi ġo forn moderat għal siegħa jew sakemm tara li l-kejk ikun sar.
Ħalli l-kejk joqgħod għal 10 minuti qabel ma toħorġu mil-landa.