Riċetta u ritratti: Tanya Zammit
Ingredjenti
115g butir
200g zokkor
2 bajdiet kbar
2 kuċċarini qoxra maħkuka ta’ lumija
1 kuċċarina essenza tal-vanilla
nofs kuċċarina essenza tal-lewż
nofs kuċċarina kannella
2 kuċċarini baking powder
nofs kuċċarina melħ
190g dqiq plain
125g jogurt plain
200g frawli mqatta’ min-nofs
Metodu
Saħħan il-forn għal 177˚Ċ.
Lesti landa tal-forn u iksiha b’karta strazza.
Fi proċessur tal-ikel ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor bi speed qawwi.
Żid l-isfar tal-bajd, il-qoxra maħkuka tal-lumija u l-essenzi tal-vanilla u tal-lewż.
Ħabbat tajjeb sakemm isiru ħaġa waħda.
Żid il-kannella, il-baking powder u l-melħ.
Żid id-dqiq, l-abjad tal-bajd u l-jogurt u ħabbat fuq speed medju.
Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-forn u agħfas il-frawli fil-wiċċ bil-mod.
Ferrex kuċċarina zokkor fil-wiċċ u aħmi għal 45 minuta.
Ħalli jibred għal 10 minuta qabel toħorġu mil-landa.
Jekk trid tista’ troxx ftit icing sugar fil-wiċċ.