Keith Schembri ma jitfaċċax il-Qorti

Keith Schembri, Chief of Staff in the office of Malta's Prime Minister Joseph Muscat, waits for official talks between Muscat and his Macedonian counterpart Zoran Zaev to begin at the Auberge de Castille in Valletta, Malta, May 29, 2018. Picture taken May 29, 2018. REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ma deherx il-qorti llum għas-smigħ f’kawża ta’ libell li fetaħ hu stess.

L-avukat tiegħu Andrew Sciberras, li kien preżenti, iddikjara li mhux se jkun qed jirrappreżenta lil Schembri aktar b’rabta ma’ dan il-każ.

Schembri kien fetaħ libell kontra l-gazzetta The Malta Independent. Dan wara li l-gazzetta ppubblikat storja li fit-titlu tagħha qalet li ġew trasferiti tliet kwarti ta’ miljun fil-kont ta’ kumpanija barra minn Malta ta’ Keith Schembri fl-2014. L-artiklu ħareġ fil-15 ta’ Settembru 2016.

L-avukat Sciberras informa lill-Maġistrat Victor Axiaq bid-deċiżjoni tiegħu.

Il-każ mistenni jkompli jinstema’ fis-27 ta’ Jannar biex Schembri jingħata biżejjed ċans isib avukat ieħor.