Keith Schembri jirriżenja mill-Partit Laburista

Miguela Xuereb

Read in English.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għadu kif irriżenja mill-Partit Laburista. Huwa ppubblika fuq Facebook, l-ittra li bagħat lill-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ftit qabel nofsinhar.

Aqra l-ittra ta’ Keith hawn:

Sur President,

Qed niktibklek din l-ittra wara numru ta’ messaggi li jikkoncernaw lili, li rajt fuq social media.

Jien minn dejjem emmint fil-moviment Laburista li nholoq taht it-tmexxija ta’ Dr. Joseph Muscat, u dejjem emmint fil-valuri ta’ dan il-partit.

Ma nixtieq qatt li ismi jigi uzat u nkun il-kagun li tinholoq firda fil-Partit Laburista.

Tkun u tibqa Laburist mhux sempliciment ghax tkun membru tal-partit ,kif jixhdu l-eluf ta sostenituri ta’ nies li jemmnu fil-parit u li lili dejjem gabuli rispett.

Ghaldaqstant nixtieqek tikkonsidra it-tessera tieghi fil Partit Laburista bhala wahda mwaqqfa.

Nemmen minghajr riservi fil-kapacita tal-moviment Laburista li jkompli jkattar u jqassam il-gid lill-poplu Malti. Nemmen li il-Partit Laburista ghandu futur sabih quddiemu li ha jkompli iwasslu ghal iktar rebhiet elettorali.

Ha nibqa dejjem leali u nkun qieghed hemm, ghal kemm-il darba il-partit Laburista ikollu bzonni.

Konvint li il-verita ser tohrog kollha biex kulhadd ikun jista jaraha, anki min iggudikani sempliciment fuq allegazzjonijiet infondati.

Tislijiet

Keith Schembri

Kienu ħafna esponenti tal-Partit Laburista li talbu għat-tkeċċija ta’ Schembri mill-Partit Laburista. Fost dawn kien hemm il-Ministru Chris Cardona, il-Ministru Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv ta’ One Productions Jason Micallef.

Minn naħa tagħha, Deborah Schembri f’kumment twil qabżet għal Keith Schembri.

Ilbieraħ fil-Qorti nstema’ li Keith Schembri qed jiġi investigat fost l-oħrajn dwar omiċidju u li żvela xi informazzjoni. Il-Pulizija għad m’għandhiex il-mowbajl ta’ Schembri, hekk kif qal lill-Pulizija li ma jistax isibu.