Konrad Mizzi u Keith Schembri meħlusin – rapporti

Aġġornat 09:15 AM
Konrad Mizzi Keith Schembri at ECU Hamrun

Read in English.

L-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi llum qattgħu l-ġurnata fl-uffiċċji tal-Pulizija fit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Ħamrun jiġu interrogati.

Rapporti jgħidu li ftit wara l-5pm, Mizzi nħeles filwaqt li Schembri nżamm għal aktar mistoqsijiet, imbagħad inħeles madwar siegħa wara. L-eks Ministru Mizzi kien ilu mill-bieraħ fil-kustodja tal-Pulizija.

X’ġara pass pass…

It-Times of Malta rrappurtat li ċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat inġabar mid-dar tiegħu fil-Mellieħa dalgħodu fis-7am. Hu allegatament qed jiġi interrogat fuq suspett ta’ reati finanzjarji.

L-avukati ta’ Keith Schembri, Dr Edward Gatt u Dr Mark Vassallo, dalgħodu quddiem il-binja tat-Taqsima tar-Reati Finanzjarji fil-Ħamrun. Huma waslu għall-ħabta tad-9am.

L-avukati ta’ Konrad Mizzi, l-eks Maġistrat Dr Carol Peralta u Dr Jean Paul Sammut, jaslu l-ECU ftit qabel nofsinhar. 

Sorsi infurmaw lil Newsbook.com.mt li kien l-eks Ministru Konrad Mizzi li semma lil Keith Schembri mal-Pulizija. Mizzi beda jiġi interrogat ilbieraħ u kellu jqatta’ l-lejl fil-kustodja tal-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi sabiex illum jaffaċċja aktar mistoqsijiet.

Skont sorsi, jista’ jkun illi r-raġuni għaliex qed jiġi interrogat Schembri tinvolvi jew tixħim jew ħasil ta’ flus.

X’konna nafu sas-2.30pm

L-avukati telqu mill-uffiċċji tal-Pulizija għall-ħabta tas-2pm, u l-avukati ta’ Konrad Mizzi rritornaw fit-3pm. Huma rrifjutaw li jgħaddu kummenti lill-ġurnalisti.

Għall-ħabta tal-4.30pm, l-avukati ta’ Konrad Mizzi reġgħu telqu mill-binja tal-Pulizija fil-Ħamrun.

Il-ġurnalisti li ilhom barra dawn l-uffiċċji minn dalgħodu marru biex jistaqsuhom fuqiex qed jiġu interrogati Keith Schembri u Konrad Mizzi, u jekk humiex se jinħelsu llum, iżda l-avukati baqgħu ma tawx tweġiba.

Keith Schembri u Konrad Mizzi ma dehrux ħerġin mill-binja, imma kien hemm xi suspetti li jaf ħarġu minn xi bieb ieħor, mhux mill-entratura prinċipali.

ġurnalisti
Sephora Francalanza

Schembri jinsab bil-police bail wara li kien ġie arrestat fil-21 ta’ Settembru, flimkien ma’ Karl Cini, Brian Tonna u Manuel Castagna minn Nexia BT. Huma kienu ġew arrestati b’rabta mal-inkjesta maġisterjali li twettqet dwar allegat tixħim mill-bejgħ tal-passaporti.

L-avukati ta’ ftit kliem

Kull darba li tfaċċaw l-avukati taż-żewġ irġiel fuq il-post, il-ġurnalisti staqsewhom għal xi kummenti, imma l-avukati kienu ta’ ftit kliem.

Il-kummenti tal-Avukat Mark Vassallo li qed jirrappreżenta lil Keith Schembri

Il-kummenti tal-Avukat Jean Paul Sammut li qed jirrappreżenta lil Konrad Mizzi

L-għażla tar-rappreżentazzjoni legali tal-eks ministru Konrad Mizzi, li llum huwa Membru Parlamentari indipendenti, qajmet diskussjoni. Mizzi kien irrappreżentat minn Aron Mifsud Bonnici, iżda issa għandu lil Dr Peralta u lil Dr Jean Paul Sammut, li huwa wkoll il-konsulent legali ta’ Charles Polidano, iċ-Ċaqnu.

Tagħrif fuq Dr Peralta
Min hu Dr Carol Peralta?

Ftit wara l-5pm, kien hemm rapporti li Konrad Mizzi nħeles filwaqt li Keith Schembri baqa’ fil-kustodja tal-Pulizija.

Għall-ħabta tas-6pm, l-avukati ta’ Schembri dehru ħerġin mill-bini fil-Ħamrun mingħajr il-klijent tagħhom. Mill-ġdid, m’għaddew l-ebda kumment lill-ġurnalisti.

Konrad Mizzi jinżamm mill-Pulizija billejl

It-Tlieta filgħaxija, din il-kamra tal-aħbarijiet ippruvat iċċempel lil Mizzi iżda l-mowbajl kien mitfi. Hu nżamm mill-Pulizija bejn it-Tlieta u l-Erbgħa. Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija qal li mhumiex f’pożizzjoni li jiċħdu jew jikkonfermaw l-aħbar:

“In view of Art 87 of the Police Act, we are not in a position to confirm or otherwise such information”.

Tul iż-żmien li għamel ministru, Konrad Mizzi kien iċ-ċentru ta’ ħafna skandli u allegazzjonijiet serji ħafna ta’ korruzzjoni. Huwa kien fetaħ kumpanija sigrieta fil-Panama u l-awdituri tiegħu staqsew ħafna banek biex jiftħulu kont bankarju, fejn skont l-istess awdituri kien se jpoġġi miljun fis-sena. Skont l-istess awdituri kien se jirċievi eluf ta’ ewro kuljum mill-kumpanija 17 Black. Konrad Mizzi dejjem ċaħad li għamel xi ħaġa ħażina.

Filmati: Miguela Xuereb