Keith Camilleri rebbieħ tal-Hillclimb fl-Imtaħleb

Keith Camilleri kiseb it-titlu tar-rebbieħ tal-ġurnata, b’ħin ta’ 62.421 sekondi fil-Hillclimb fl-Imtaħleb.
Fl-ewwel hillclimb minn meta t-triq ingħatat tarmak ġdid u ġiet mgħamra bi crash barriers ħadu sehem 53 karozza.
Mill-ewwel grupp rebaħ Setephen Micallef, fuq Fiat Uno, filwaqt li Steve Bartolo, fuq Escort MK2, kien ir-rebbieħ tat-tieni grupp. 
Mit-tielet grupp, Noel Galea rebaħ fuq Eskort MK2, u mir-rabà grupp, Teddy Aquilina rebaħ fuq Escort Mk1 Cosworth. 
Keith Camilleri, li rebaħ it-titlu tal-ġurnata, huwa r-rebbieħ tal-ħames grupp, filwaqt li mis-sitt grupp, Fabio Baldacchino rebaħ fuq OMS 2000M. 
Din il-hillclimb ġiet organizzata mill-Island Car Club. Dan il-klabb iddedika dan l-avveniment għall-memorja ta’ Lino Brincat, sewwieq attiv fl-istess club li miet Mejju li għadda.