Keith Camilleri jispiċċa t-tieni fil-Kampjonat Taljan F3 ESport fil-finali ġewwa Imola

Read in English.

Keith Camilleri ta’ V-Rig KC Racing Esports fuq karozza numru 44, spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat Taljan F3 Esport li seħħ nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Imola.

Il-programm kien jikkonsisti f’żewġ tiġrijiet, fl-ewwel tellieqa Camilleri beda fil-5 post u spiċċa fit-2. Fit-2 tiġrija Camilleri kien fil-pożizzjoni 7, meta fl-ewwel kantuniera kellu inċident u spiċċa fis-17-il post.

Camilleri wera il-ħila kbira tieghu meta għalkemm b’karozza bil-ħsara, immedjatament beda jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu u avvanza 15 il-post biex spiċċa il-finali fit-2 post. Is-sewwieqa l-oħra tat-tim tal-V-Rig KC Racing Esports Brandon Tabone, Kurt Camilleri u Terence Grech spiċċaw fl-10 post, fl-14-il post u fid-29 post rispettivament fost aktar minn 70 sewwieq.