Keith Camilleri bi ħġaru għar-rawnd finali tal-Formula 4

Is-sewwieq tal-Formula 4, Keith Camilleri mill-Malta Formula Racing se jkun qed jieħu sehem fis-seba’ u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Taljan tal-FIA.

Dan se jsir fl-Autodromo Enzo e Dino Ferrari f’Imola, l-Italja fi tmiem din il-ġimgħa.

Wara s-suċċessi miksuba, Camilleri ngħata s-sapport kollu meħtieġ biex jerġa’ jieħu sehem fiċ-ċirkwit ta’ Imola.

Iż-sewwieq żagħżugħ Malti ta’ 21 sena, diġa’ tellaq f’dan l-istess ċirkwit f’Ġunju li għadda.

Fl-ewwel tiġrija kien ġie fil-ħames post overall meta beda mid-disa’ pożizzjoni.

Il-kollega ta’ Camilleri, Zack Dante se jkun nieqes minn dawn il-finali minħabba li erba’ ġimgħat ilu weġġa’ fi Vallelunga.