Keita ma’ Liverpool fil-bidu tal-istaġun li ġej

Id-direttur sportiv tal-klabb Ġermaniż ta’ RB Leipzig Ralf Rangnick f’intervista illi kellu ma’ sit sportiv Ġermaniż qal illi ma kellu l-ebda għażla ħlief illi jbiegħ lil Naby Keita lil Liverpool għax ma setgħux ilaħħqu mal-paga li beda jitlob il-plejer.
Keita ftiehem illi jissieħeb mal-Liverpool fl-aħħar ta’ dan l-istaġun wara li Leipzig ma setgħux jaffordjaw klawsola fil-kuntratt tiegħu li kienet ser tammonta għal 70 miljun ewro.
Rangnick qal illi jammira ħafna lil dan il-plejer iżda The Bulls, kif inhuma msejjħa dan il-klabb, għandhom baġit partikolari li jasal sa ċertu ammont.
Naby jilgħab f’nofs il-grawnd u għandu 22 sena. Huwa jilgħab anke mat-tim nazzjonali tal-Guinea.