Keen Ltd b’uffiċini ġodda fix-Xewkija

Keen Ltd inawgurat uffiċini ġodda fix-Xewkija.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li dan sar b’investiment ta’ €250,000.
Id-Direttur tal-kumpanija John Abela, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan l-investiment se jgħin ukoll biex il-kumpanija timpjega 50 impjegat ġdid.
L-aġenzija Keen Ltd ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 10 snin, u taħdem ma’ diversi kumpaniji internazzjonali fosthom fl-Amerka, fl-Awstralja, fl-Ingilterra u fi Franza.