“Keċċewni għax kelli tabella ‘Repubblikani kontra Trump’”

Tkellem ir-raġel li minħabba fih il-kandidat Repubblikan Donald Trump inħakem mill-biża’ hekk kif twaqqaf milli jkompli diskorsu meta membri tas-Servizzi tas-Sigurtà daħħluh fuq wara tal-palk u marru għal dan ir-raġel li kien fis-sala.
Mal-gazzetta The Guardian, ir-raġel qal li kien imsawwat u tkeċċa mill-post għax kien qed iżomm tabella li kien ipprintja minn fuq l-internet u li kienet taqra “Repubblikani kontra Trump”.
Ir-raġel, Austyn Crites ta’ 33 sena minn Reno f’Nevada, qal li kien qed iżomm it-tabella, meta persuni li jappoġġjaw lil Donald Trump bdew isawtuh.
Ir-raġel, li ilu ttesserat mal-Partit tar-Repubblikani għal madwar sitt snin, qal li beża’ li l-persuni li attakkawh kienu se joqtluh.
Hu qal li pprotesta kontra Donald Trump minħabba t-trattament tal-kandidat lejn il-Messikani, il-Musulmani u n-nisa. Iddiskrivih ukoll bħala dittatur u faxxist.
Ix-xena kommoventi waqt id-diskors ta’ Trump jidher li nħolqot wara li persuna fil-folla għajtet li persuna li qed tipprotesta kontra Trump għandha arma.
Mijiet ta’ persuni ġrew f’paniku filwaqt li Trump ittieħdet wara l-istejġ mill-membri tas-sigurtà.