Ingredjenti
30g żejt taż-żebbuġa
3 mgħaref meraq tal-lumi
1 mgħarfa ħall abjad
2 irjus tat-tewm mgħaffġa
2 kuċċarini qoxra ta’ lumija maħkuka
kuċċarina melħ
½ kuċċarina zokkor
¼ ta’ kuċċarina origanu
¼ ta’ kuċċarina bżar
700g isdra tat-tiġieġ maqtugħa f’biċċiet ta’ 4ċm
3 qarabagħli tawwalin, maqtugħa min-nofs u mqattgħa slajsis ta’ 4ċm
3 basliet ta’ daqs medju maqtugħa f’biċċiet
12-il cherry tomato
Metodu
F’bieqja kbira ħallat flimkien l-ewwel disa’ ingredjenti biex tagħmel il-marinat. Neħħi kwart ta’ kikkra minnu biex tużah aktar tard. Issa ferragħ nofs it-taħlita f’bieqja kbira u żid il-biċċiet tat-tiġieġ. Kun żgur li kull biċċa tixxarrab fit-taħlita.
In-nofs l-ieħor tat-taħlita poġġieh f’bieqja oħra u fiha poġġi l-qarabagħli, il-basal u t-tadam. Ħawwad biex jixxarrbu bit-taħlita.
Daħħal il-bieqji bit-tiġieġ u bil-ħaxix fil-friġġ għal 4 sigħat jew matul il-lejl.
Neħħi l-immarinat kollu mill-bwieqi. Aqbad skewers tal-injam jew tal-metall u poġġi biċċa tiġieġa u biċċa ħaxix. Iggrillja fuq nar moderat għal 6 minuti fuq kull naħa jew sakemm il-meraq mit-tiġieġ joħroġ ċar. Waqt it-tisjir, xi kultant, ippinzella bil-marinat li tkun ħallejt fil-ġenb.