Kebabs bil-frott tal-baħar

Ingredjenti

6 arzell

230g slajsis tal-bejken

120g gambli mnaddfa

tursin imqatta’ rqiq

L-immarinar

8 mgħaref żejt taż-żebbuġa

4 mgħaref nbid abjad dry

2 basliet imqattgħa fin ħafna

Metodu

Issepara l-laħam tal-arzell u dawwar kull parti bil-bejken.

Fuq l-iskewers agħmel l-arzell u mbagħad il-gambli.

Lesti t-taħlita tal-immarinar u ppinzella l-iskewers biha. Ħallihom jqogħdu għal sagħtejn.

Meta tkun se ssajjarhom erġa’ ppinzella l-iskewers bl-immarinar u sajjar taħt il-grill minn 8 sa 10 minuti, iddawwarhom wara ftit tal-minuti biex isiru sew.

Meta tkun se sservi roxx fuqhom it-tursin imqatta’.