Kċina ta’ lukanda fil-Qawra tieħu n-nar

3 karozzi Nar Ħal Qormi Protezzjoni Ċivili

Lukanda fil-Qawra kellha tiġi evakwata wara li kċina ħadet in-nar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Dawret il-Qawra. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ħaddiema li kienu fil-kċina x’ħin żviluppa n-nar, kif ukoll diversi residenti tal-lukanda, laħqu ġew evakwati.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-kċina li ħadet in-nar tinsab fuq wara tal-lukanda u tintuża bħalha pastry kitchen.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Mill-ewwel rapporti jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.