Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li l-isptar għall-anzjani ta’ San Vinċenz se jkollu kċina ġdida li b’kollox swiet €4 miljun b’investiment fl-infrastruttura, il-makkinarju, it-taħriġ tal-ħaddiema u s-servizzi tal-ikel.
Skont Decelis din il-kċina se twassal għall-introduzzjoni ta’ servizz ġdid li l-għażla tal-menu ġiet magħżula skont ix-xewqat tal-anzjani waqt food tasting sessions.
Dwar il-qasam tal-anzjani Decelis qal ukoll li l-Gvern se jimpjega aktar professjonisti, terapisti, u allied assistants.