“Kburin bik – illum u dejjem”

Ritratt: Facebook/RobertAbela

Illum jum speċjali għaċ-ċkejkna Giorgia Mae Abela, it-tifla tal-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia. It-tifla twieldet fl-2012 u llum għalqet 8 snin.

F’messaġġ qasir il-Prim Ministru awgura l-isbaħ xewqat lit-tifla tiegħu u esprima li huma kburin biha, illum u dejjem.

L-awgurju tal-Prim Ministru lil Giorgia Mae intlaqa’ tajjeb, tant li aktar minn elf persuna diġà wasslu l-awgurju tagħhom taħt il-post li tella’ dalgħodu l-Prim Ministru.

Iċ-ċkejkna ilha ħafna tiġbed simpatija fost il-Maltin u għeluq sninha kien ċelebrat bil-kbir nhar il-Ħadd li għadda.

Awguri Giorgia Mae!