Każijiet ta’ bullying fl-iskejjel iridu jiġu rrappurtati

L-iskejjel kollha se jkunu mġegħla jirrappurtaw kull każ ta’ bullying li jseħħ fi ħdanhom hekk kif għalliema, edukaturi u ġenituri se jkunu qed jaħdmu iktar fil-qrib ta’ xulxin dwar il-problema.
Dan ħareġ fi preżentazzjoni mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo dwar il-politika ġdida li tfasslet biex l-awtoritajiet jitrattaw il-bullying fl-iskejjel. Fost l-oħrajn, bil-bidliet, il-ġenituri se jiġu nvoluti fi stadju bikri f’każ ta’ bullying.
L-ewwel ħaġa li trid tinbidel, fissru l-Ministru u Sandra Cortis, il-persuna li ħadmet fuq il-politika, hi r-rispett u s-sens ta’ responsabilità.
L-ewwel politika dwar ibbuljar fl-iskejjel kienet tnediet fl-1999. Il-verżjoni aġġornata t’issa tittratta aspetti differenti ta’ bullying fosthom fuq il-midja soċjali.