Każi pożittivi f’sala f’Mater Dei

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-isptar Mater Dei instabu każijiet pożittivi għall-coronavirus. Minkejja li din l-aħbar għadha ma ġietx ikkonfermata mill-Ministeru għas-Saħħa, Newsbook.com.mt jista’ jikkonferma li sa issa nstabu għadd ta’ każijiet fil-Cardiac Ward fl-isptar Mater Dei.

Huwa mifhum li għadd ta’ professjonisti tas-saħħa u pazjenti ta’ din is-sala tpoġġew taħt kwarantina.

Mistoqsijiet li ntbagħtu lill-Ministeru għas-Saħħa għadhom mhux imwieġba.

Kif diġà ġie mħabbar aktar kmieni, s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci mistennija li tindirizza lill-midja għada.

Illum tħabbar li l-għadd ta’ każijiet attivi f’Malta tela’ għal 267 każ hekk kif instabu 20 każ ġdid fil-komunità fosthom erbat itfal.

Biż-żieda ta’ każijiet, iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (CDC) wissa’ kontra l-ivjaġġar internazzjonali mhux essenzjali lejn Malta.