Każakistan jingħata sentenza sospiża wara li ħebb għal studenti b’sikkina

Student ta’ 23 sena mill-Każakistan ingħata s-sentenza ta’ għaxar xhur priġunerija sospiżi għal tliet snin u mmultat €116 wara li ħebb għal studenti oħra b’sikkina meta kien fis-sakra.
Huwa ammetta l-akkużi li tressqu kontrih.
Fil-Qorti ntqal li l-istudent kien wasal Malta f’Ottubru li kellu jitlaq f’Marzu iżda ried li jitlaq minnufih.