Każakistan jammetti li ħebb għal studenti b’sikkina

Student ta’ 23 sena mill-Każakistan li qed jistudja l-Ingliż ammetta li ħebb għal sitt studenti oħra u li heddidhom b’sikkina meta kien fis-sakra.
Huwa kien mixli wkoll li darab student, li kellu s-sikkina mingħajr permess u li kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti ntqal li l-istudent kien wasal f’Malta f’Ottubru u li kellu jitlaq f’Marzu iżda jixtieq li jitlaq minn Malta minnufih.
Huwa nżamm taħt arrest preventiv sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti.