Każ xufier Simon Busuttil: L-Ispeaker jikkjarifika xi rapporti

L-Uffiċċju tal-Ispeaker għamel referenza għal rapporti li dehru fil-midja u għamel xi kjarifiki dwar il-każ tal-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Saħaq li l-fuel allowance kien meħud kollu fuq bażi regolari xahar wara xahar għal 30 xahar mingħajr interruzzjoni ħlief għal tliet okkażjonijiet.
Qal li f'ebda ħin ma ntalbet inkjesta maġisterjali mill-Uffiċċju tal-Ispeaker iżda dan sar fuq talba tal-Pulizija.
Ikkjarifika wkoll li f'ittra datata 9 ta' Diċembru 2015, l-Ispeaker Anġlu Farrugia kien irrifjuta talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex ix-xufier tiegħu jiġi sospiż. Qal li fid-dawl ta' dan ir-rifjut tax-xufier ta' Simon Busuttil, il-paga tiegħu baqgħet tinħariġlu mingħajr interruzzjoni.
Temm billi saħaq li l-Uffiċċju tal-Ispeaker se jkun qed jimplimenta l-miżuri neċessarji.