Il-każ pożittiv tal-lum passiġġier ripatrijat mill-Olanda – Air Malta

Aġġornat 01:56 PM
Miguela Xuereb

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li kien hemm każ ġdid tal-coronavirus u fieqet persuna oħra. L-Air Malta qalet li l-każ pożittiv kien passiġġier Malti li ġie lura minn Amsterdam fl-Olanda.

Il-każ waħdieni rriżulta minn 981 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Dan il-każ huwa wieħed impurtat, sporadiku, u kellu s-sintomi.

B’hekk in-numru ta’ każijiet attivi baqa’ dak li kien ilbieraħ, ta’ 13-il każ.

Fi stqarrija maħruġa aktar tard mil-linja tal-ajru Air Malta, ġie spjegat li dan il-każ waħdieni kien ta’ passiġġier tal-Air Malta li għamel it-test meta ġie lura Malta. Il-linja tal-ajru ħeġġet lil kull min jiġi Malta permezz ta’ ripatrijazzjoni biex imur jagħmel it-test għall-coronavirus.

L-Air Malta żiedet tgħid li din it-titjira għal Amsterdam ma kinitx waħda minn dawk li bdew isiru meta fetaħ l-ajruport fl-1 ta’ Lulju.

Il-kumpanija ħadet ħsieb tissanitizza l-ajruplan li rikeb fuqu l-passiġġier kif inhu meħtieġ.

OFFICIAL COVID-19 figures for 03•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Friday, July 3, 2020

Ilbieraħ Malta ma kellha l-ebda każ pożittiv tal-coronavirus u fiequ żewġ persuni.