Każ wieħed pożittiv irrappurtat fl-aħħar 24 siegħa

swabbing center

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li kien hemm każ wieħed pożittiv ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.

Fir-rendikont li qed jiġi ppubblikat kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru ntqal ukoll li tliet persuni fiequ biex b’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 128 każ. Intant, is-Sibt saru 1,301 swab test biex it-total issa qabeż is-60,000 test.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika mistennija li tindirizza l-midja għada t-Tnejn hekk kif il-konferenza tal-aħbarijiet b’aġġornament dwar l-imxija tal-coronavirus qed isiru tliet darbiet fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 24•05•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Sunday, May 24, 2020

Ilbieraħ ġew irreġistrati 9 każijiet ġodda.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn