Każ wieħed ġdid ta’ coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa każ wieħed ġdid pożittiv ta’ coronavirus. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa fejn sar magħruf ukoll li tul il-ġurnata tal-Erbgħa saru 860 Swab Test.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan il-każ kien sintomatiku imma sporadiku li jfisser li ma nstabx li kellu ebda kuntatt mal-każijiet l-oħra li jinsabu attivi.

Bħalissa f’Malta hawn total ta’ 44 każ pożittiv hekk kif l-ebda każ ieħor ma fieq fl-aħħar 24 siegħa

Ilbieraħ tħabbar li nstabu 6 każijiet ġodda.