Każ wieħed ġdid ta’ coronavirus; 3 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ġie rreġistrat każ wieħed ġdid ta’ coronavirus. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa fejn qed jingħata aġġornament kuljum dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 fil-gżejjer Maltin.

Il-każ tal-lum huwa każ sintomatiku iżda sporadiku li jfisser li ma nstabx li kellu l-ebda kuntatt ma’ każijiet oħra pożittivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li l-Ġimgħa saru 786 swad test li minnhom ħareġ ukoll li tliet persuni fiqu mill-virus.

It-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 39 każ.

Ilbieraħ ma ġie rreġistrat l-ebda każ ġdid
L-ebda każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 3