Każ ta’ razziżmu fuq il-plejers ta’ United: l-FA tinvestiga

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol se tkun qed tinvestiga l-allegat każ ta’ razziżmu fuq il-plejers ta’ Manchester United. Dan ġara waqt il-logħba ta’ United kontra Manchester City.

Min-naħa tagħhom City qalu li kienu jafu b’filmat li kien qed idur fil-midja soċjali fejn jidher partitarju jagħmel mossi bħax-xadini lejn il-plejers ta’ United. Il-klabb wiegħed li se jkun qed iwaqqaf lil kulmin jinstab ħati ta’ abbuż razzist u ma jħallihomx jidħlu aktar fil-grawnd.

L-Assoċjazzjoni bi ħsiebha titkellem mall-klabbs, ir-referee Anthony Taylor u l-pulizija.

Il-każ seħħ meta il-midfielder ta’ United Fred mar biex jagħti corner fit-tieni taqsima tal-logħba. Il-Brażiljan li għandu 26 sena qal li hi tal-mistħija li fl-2019 għadhom isiru dawn it-tip ta’ abbużi. Fred deher ukoll jintlaqat minn oġġett li twaddab minn qalb il-folla fl-Etihad Stadium.

Riżultati:

Everton 3-1 Chelsea

AFC Bournemouth 0-3 Liverpool

Tottenham Hotspur 5-0 Burnley

Watford 0-0 Crystal Palace

Manchester City 1-2 Manchester United