Każ ta’ Ebola fin-Niġerja

In-Niġerja tinsab fl-allert wara l-mewt ta’ raġel mil-Liberja li kien marid bl-ebola.
Ir-raġel, li kellu 40 sena u kien jaħdem mal-Awtorijiet tal-Liberja, miet mal-wasla fl-ajruport f’Lagos u huwa l-ewwel każ ta’ ebola fin-Niġerja, li huwa l-iktar pajjiż Afrikan li għandu popolazzjoni kbira.
Minn Frar li għadda, aktar minn 660 persuna mietu fil-lvant tal-Afrika minħabba l-virus tal-ebola.