Każ ta’ Covid-19 suspettat abbord cruiseliner; ma jitħallewx jinżlu Malta

MSC Grandiosa

Read in English.

Il-cruiseliner MSC Grandiosa ma tħalliex iniżżel passiġġiera f’Malta dalgħodu minħabba suspett ta’ każ ta’ coronavirus abbord.

Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fuq Facebook. Hi spjegat li l-cruiseliner tħalla jidħol il-port fil-Belt Valletta għal xi għajnuna teknika, imma l-passiġġiera ma tħallewx jinżlu.

Dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn pajjiżna kien hemm każ suspettat…

Posted by Julia Farrugia Portelli on Friday, October 16, 2020

L-awtoritajiet Maltin ġew infurmati b’suspett ta’ każ abbord meta l-vapur kien għadu fi triqtu lejn Malta minn Palermo.

Illum Malta kellha l-ikbar numru ta’ każijiet ġodda, b’total ta’ 122 każ.