Każ ta’ coronavirus fil-fergħa tal-BOV f’Ħal Qormi

Google Maps

Read in English.

Il-Bank of Valletta avża lill-klijenti li l-fergħa ta’ Ħal Qormi se tingħalaq b’mod temporanju minn għada wara li wieħed mill-impjegati rriżulta pożittiv għall-COVID-19.

Il-bank qal li l-fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sigura għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank. F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-virus, dawn se jiġu infurmati mill-awtorità tas-saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.

Il-faċilità tan-night safe ta’ din il-fergħa għalissa mhux se tkun disponibbli.

Il-bank fakkar lill-klijenti tiegħu li l-fergħat tiegħu tal-Gżira u tal-Marsa bħalissa huma wkoll magħluqa minħabba każijiet tal-COVID-19, filwaqt li l-fergħa tal-Ħamrun qed toffri servizzi limitati. Il-klijenti huma mħeġġin li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta billi jiċċekkjaw is-sit tal-BOV.