Każ ta’ coronavirus fil-Bank Ċentrali

Read in English.

Impjegat tal-Bank Ċentrali ta’ Malta nstab pożittiv għall-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li l-maniġment ġie infurmat ilbieraħ għas-7pm u li ħa azzjoni immedjatament. L-istqarrija tispjega li sar il-contact tracing biex jiġi stabbilit dwar liema impjegati kellhom kuntatt mal-ħaddiem pożittiv għall-virus.

Barra minn hekk, l-impjegati kollha li jaħdmu fid-dipartiment konċernat għalissa ntalbu jaħdmu mid-dar, filwaqt li ntalbu jiġu ttestjati għall-Covid-19.

Il-Bank ġie diżinfettat minn kumpanija speċjalizzata fil-prevenzjoni tal-infezzjonijiet ilbieraħ stess.

Illum, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 12-il każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta.