Każ ta’ coronavirus f’Dar Sant’Anna f’Għawdex

Dar Sant'Anna Għawdex
Google Maps

Read in English.

Id-dar tal-anzjani Dar Sant’Anna f’Għawdex għandha każ pożittiv tal-coronavirus.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn sorsi infurmati.

Fl-aħħar aġġornament tagħha nhar il-Ġimgħa li għadda, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li hemm 61 każ attiv f’Għawdex, iżda ma speċifikatx kif inhuma mqassmin dawn il-każijiet.

F’Ġunju li għadda, Newsbook.com.mt żvela li waqt il-pandemija tal-coronavirus ma saret ebda spezzjoni mill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċjali fir-residenza tal-anzjani Sant’Anna f’Għawdex.

F’April tal-2020 Steward Malta irrilokat mas-70 resident li qabel kienu f’Dar Sant’Anna lejn il-lukanda Downtown fir-Rabat, Għawdex. L-Awtorità tal-Istandards għamlet żewġ spezzjonijiet f’din il-lukanda – it-tnejn f’Mejju tal-2020.