Każ quddiem il-Qorti dwar kirja ta’ propjetà lill-PL

Tmien persuni fetħu każ fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar propjetà f’Ħal Qormi, li ilha mikrija mill-1951 lill-Partit Laburista u qed tintuża bħala każin.
Huma qed isostnu li bl-avviż legali dwar il-propjetà mikrija lill-partiti politiċi ma jistgħux jgħollu l-kirja jew iwaqqfu il-ftehim preżenti.
Qed isostnu li minħabba f’hekk qed jiġu mċaħħda mid-dritt li jgawdu din il-propjetà.
Il-każ jinfetaħ konta l-Partit Laburista u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-propjetà bdiet tinkera għal €150 kull sena u żdiedet għal €197 fl-2002.