Każ qtil tal-messaġġier f’San Ġwann: Aktar xhieda, mingħajr provi ġodda

Fil-Qorti kompla jinstema l-każ tal-qtil ta’ Alfons Ferriggi fis-sena 2000.
L-akkużati James Vella u Christopher Scerri tressqu l-Qorti l-ġimgħa li għaddiet. Fis-seduta ta’ din il-ġimgħa, xehdu l-Ispetturi Keith Arnaud u Chris Pullicino, li qalu li l-pulizija rrevedit il-każ, u reġgħet resqet l-imputati wara li tkellmu ma’ xhieda oħra, iżda ma kienx hemm provi ġodda fil-każ tal-qtil tal-messaġġier tal-bank.
Xehed ukoll Joseph Zammit li qed jiskonta sentenza ta’ 30 sena ħabs. Huwa qal li t-tliet persuni li marru għandu biex flimkien imorru San Ġwann kienu qegħdin fuq il-bank fl-awla. L-Ispettur Arnaud qal li fil-ġuri, Zammit kien ta aktar dettalji, u issa intalbet it-transkrizzjoni tax-xhieda tiegħu.