Libertà proviżorja għal Ronald Urry u Jason Galea

Ronald Urry u Jason Galea, li qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Matthew Zahra, ingħataw il-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €30,000 u b’garanzija personali ta’ €30,000.
Matthew Zahra nstab mejjet f’Lulju tas-sena li għaddiet wara kważi sena rrappurtat nieqes.
Maġenb il-katavru ta’ Zahra, f’għalqa fil-Qajjenza, instabu wkoll mejta Mario Camilleri ‘l-Imnieħru’ u ibnu.
Il-Belti Matthew Zahra ilu nieqes minn Awwissu 2012 u skont dak li ntqal mill-Pulizija fil-Qorti Jason Galea, li jiġu wkoll ħu l-mara tal-Imnieħru, kien sellef lil Matthew Zahra s-somma ta’ €6,000 u mbagħad beda jitolbu €500,000.
Is-Surġent Andrew St John kien qal li ftit wara li nstabu l-fdalijiet ta’ Matthew Zahra, ħa lill-akkużat Ronald Urry fl-għalqa u hemmhekk ammetta li kien hu li spara żewġ tiri lil Zahra.