Każ li xxokkja f’Melbourne– Philip Galea akkużat b’terroriżmu

Każ xokkanti fl-Awstralja, fejn raġel, x’aktarx ta’ dixxendenza Maltija jinsab akkużat f’attakk terroristiku f’Melbourne.

Philip Galea ta’ 34 sena ġie arrestat wara li l-pulizija kixfet komplott imħejji minnu biex iwettaq attakk terroristiku fil-belt Awstraljana.

Madanakollu, l-avukat difensur ta’ Galea, Felicity Gerry QC qed tgħid li l-pjan kien fażul u li kellu l-għan li kixfet membri tal-Pulizija li kienu nfiltraw fl-organizazzjonijiet ta’ lemin estrem f’Melbourne.

Galea nnifsu kien parti mill-wieħed mill-grupp hekk imsejjaħ ‘Reclaim Australia’. L-avukat qalet li Galea kien jaf li t-telefonati tiegħu u l-Internet kien interċetta mill-pulizija tant li fl-2016 kien ilmenta mal-qorti dwar dan.

Hija qalet li Galea għadda nformazzjoni lil ċertu simpatizzanti tan-Nażiżmu biex jara jekk dawn jaslux għand il-pulizija. Il-ġurija semgħet kif Galea stqarr li kien se jħalli strixxa ta’ mejta xelluġin warajh.