Każ ieħor tal-coronavirus impurtat lejn Malta

swabbing center

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa feġġ każ ġdid tal-coronavirus fil-pajjiż, liema każ kien impurtat minn barra. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa li taġġorna lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus fil-pajjiż.

il-Ministeru spjega kif dak il-każ ġdid kien dak ta’ barrani li jgħix Malta u li kien qed jirritorna hawn permezz ta’ titjira ta’ ripatrijazzjoni. Il-każ pożittiv instab wara 930 swab test li saru matul il-jum tal-bieraħ.

Intant jidher li fiqet persuna oħra mill-virus. Dan sabiex il-każi attivi fil-pajjiż ikunu 11.

Minn meta feġġet il-pandemija f’Malta, nstabu total ta’ 673 każ tal-coronavirus wara 103,324 swab test. Minn dawn fiqu 653 u mietu disgħa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 07•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Tuesday, July 7, 2020