L-awtoritajiet tas-saħħa qed javżaw biex il-pubbliku ma jikkunsmax bajd li ġej minn razzett Għawdxi li jinsab fi Triq Santa Domenika fir-Rabat Għawdex bil-liċenzja PLG 016.
Dan l-avviż qed jinħareġ minħabba r-riskju ta’ salmonella. Dan qed isir bħala parti mill-programm ta’ kontroll li jitmexxa mill-veterinarji nazzjonali.
Dan ir-razzett Għawdxi ġie ordnat li jwaqqaf il-produzzjoni tal-bajd fis-suq u l-awtoritajiet qed isejħu lura l-bajd kollha li ħarġu minn dan ir-razzett mit-13 ta’ Lulju ‘l hawn.