Każ ieħor ta’ Only in Malta fil-Ħamrun?

F’dak li wħud sejħulu “każ ieħor ta’ Only in Malta” sewwieq ta’ mutur għal xi raġuni ħalla l-mutur tiegħu fuq iz-zebra crossing fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun.
Minkejja li r-raġuni għalfejn is-sewwieq ħalla l-mutur fuq iz-zebra crossing mhix magħrufa, ma naqsux il-kummenti ta’ wħud li poġġew ir-ritratt fuq il-midja soċjali. Filwaqt li wħud assumew li s-sewwieq waqaf jixtri xi ħaġa tal-ikel mill-gabbana li hemm mal-ġemb tat-triq, oħrajn qalu li kieku huma kienu jibqgħu għaddejjin minn fuqu.
Xi persuni rrimarkaw ukoll li mhix l-ewwel darba li jinġema ħafna traffiku fi Triq San Ġużepp peress li ħafna jipparkjaw illegalment fil-ġemb tat-triq u qalu wkoll li f’dik it-triq hemm problema kbira ta’ parkeġġ.
 
Ritratt: Facebook