Każ ieħor ta’ coronavirus: Tfajla ta’ 16-il sena

Testing Centre coronavirus
Miguela Xuereb

Bint ir-raġel li lbieraħ irriżulta pożittiv għal coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Ministeru għas-Saħħa qal li t-tfajla għandha 16-il sena u tinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Din il-familja kienet fi Trentino Alto Adige bejn it-23 u s-27 ta’ Frar u ġiet lura Malta minn Treviso. Kemm kienet ilha lura Malta, it-tfajla ma marritx skola.

Minn naħa l-oħra, is-sieħba tar-raġel irriżultat negattiva għal coronavirus. Mil-bieraħ, it-tfajla flimkien ma’ missierha u s-sieħba tiegħu kienu qegħdin jinżammu fl-IDU fl-Isptar Mater Dei.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn