Każ hit and run: Appell lix-xufier biex imur jagħti ismu lill-Pulizija

Saviour Formosa, il-Kap tad-Dipartiment għall-Benesseri Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta għamel appell lix-xufier li kien involut fil-hit and run quddiem il-bieb prinċipali tal-Imdina fir-Rabat. Formosa appella biex ix-xufier ifittex imur fl-għassa tal-Pulizija tar-Rabat u jagħti ismu.

Formosa fakkar fuq il-paġna personali tiegħu ta’ Facebook li x-xufier weġġa’ żewġ żgħażagħ waqt li pprova jaqbeż vettura oħra. Hu qal ukoll li l-passiġġier li kien fil-karozza huwa ħati daqskemm hu ħati x-xufier.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Formosa qal li jagħmel x’jagħmel, se jibqgħu sakemm isibuh. Hu appella lil kulmin jista’ jkun li għandu informazzjoni dwar dawn in-nies biex jitkellmu mal-Pulizija jew jibagħtu messaġġ personali lil Saviour Formosa.