Każ ġdid u 2 ifiqu mill-coronavirus

/Guglielmo Mangiapane

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ġie rreġistrat każ wieħed ġdid ta’ coronavirus filwaqt li żewġ persuni fiequ. Dan tħabbar fl-aġġornament ta’ kuljum li qed jiġi ppubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li l-każ tal-lum kellu kuntatt dirett ma’ wieħed mill-każijiet preċedenti u nstab permezz tal-contact tracing li sar.B’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma erbgħa.

Il-Ħadd saru total ta’ 583 swab test biex issa t-total ta’ swab tests li saru mill-bidu tal-pandemija sa issa huwa ta’ aktar minn 113,000.