Każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 3

Miguela Xuereb

Ħareġ każ ġdid mill-597 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Dan ħareġ ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook.

L-infografika ppubblikata turi li kien hemm tliet persuni oħra li fiequ. Dan ifisser li b’kollox fiequ 537 persuna.

B’hekk in-numru ta’ każijiet attivi f’Malta jammontaw għal 73 każ. B’kollox s’issa saru 69,622 swab test. F’Malta mietu disa’ persuni kawża tal-coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 01•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Monday, June 1, 2020

Din l-informazzjoni s-soltu tingħata wkoll mill-Prof. Charmaine Gauci, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika. Madanakollu l-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum ġiet posposta u se ssir illejla flimkien mal-Prim Ministru.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn