Każ ġdid tal-coronavirus f’Malta

swabbing center

Read in English.

Wara 24 siegħa oħra ta’ swab tests instab każ ieħor ġdid ta’ coronavirus fil-pajjiż. Dan ħareġ mill-infografika tal-Ministeru għas-Saħħa bl-aħħar dettalji.

Kien spjegat li l-każ tal-lum huwa lokali u huwa sporadiku u bis-sintomi. Dan il-każ ġdid instab wara li saru total ta’ 1,114-il swab test. B’hekkissa fil-pajjiż hawn total ta’ sitt każi pożittivi u attivi tal-coronavirus.

L-ewwel każ tal-coronavirus tfaċċa f’Malta fis-7 ta’ Marzu, u minn dakinhar ‘l hawn saru 116,909 swab test. Minn dawn, instabu 680 persuna pożittiva għall-virus. Minnhom fiqu 665 persuna u mietu disgħa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 23•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, July 23, 2020