Każ ġdid ta’ coronavirus minn 507 swab tests

Miguela Xuereb

Malta reġistrat każ ġdid ta’ coronavirus li nstab minn 507 swab tests.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li ħadd ma fiq mill-virus fl-aħħar 24 siegħa. Bħalissa hemm 25 każi attivi.

Qabel ma aġġorna għall-btajjel tal-Għid, il-Parlament approva b’34 vot favur u 24 kontra, l-emendi tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Pulizija fit-tielet qari, biex b’hekk dawn l-emendi għaddew mill-istadji kollha tal-Parlament u mistennija jsiru liġi. L-emenda prinċipali fil-liġi hi l-mod kif se jintgħażel il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid.

L-għażla ta’ Kummissarju tal-Pulizija se tibda b’sejħa pubblika. Se tkun il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) li se tevalwa l-applikazzjonijiet kollha u tressaq żewġ kandidati għall-għażla finali li ssir mill-Kabinet tal-Ministri. Il-persuna magħżula mbagħad trid tgħaddi mill-iskrutinju tal-Parlament.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn