Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstab każ ieħor tal-coronavirus fil-komunità. Dan ħareġ mill-infografika tal-lum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru.
Intant, fiqu żewġ persuni oħrajn. Dan wassal sabiex il-każi attivi fil-pajjiż jinżlu għal disa’ każi.
Il-każ ġdid li nstab ilbieraħ huwa wieħed lokali, sporadiku u li ma kellu l-ebda sintomi. Dan instab wara li saru total ta’ 809 swab tests.
Fil-pajjiż issa saru total ta’ 104,908 swab tests minn meta feġġet il-pandemija s’issa. B’kollox instabu 674 każ pożittiv u minnhom fiqu 656. Mietu wkoll disa’ persuni b’rabta mal-virus.