Każ Gaffarena: Tfittxijiet fl-uffiċini mill-Pulizija, ħaddiema ma jitħallewx jidħlu

Il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet Pubbliċi u tal-Proprjetà tal-Gvern dalgħodu ma tħallewx jidħlu fl-uffiċini tagħhom hekk kif il-Pulizija għaddejjin bit-tfittxijiet tagħhom fl-uffiċini tal-Baviera fil-Belt Valletta.
Dan wara li lbieraħ ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li wassal għar-riżenja ta’ Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari, minħabba l-konklużjoni tar-rapport li Falzon ma ssalvagwardjax l-interess  tal-Gvern fil-każ Gaffarena.
Aktar tard ilbieraħ il-Prim Ministru ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura li l-files relatati mal-każ għadhom hemmhekk. Il-Kummissarju ntalab ukoll biex iżid is-sorveljanza u s-sigurtà f’dan id-Dipartiment.